Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0053

    Kawża F-53/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 11 ta’ Mejju 2011 J vs Il-Kummissjoni ( “Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għal inċidenti u mard professjonali — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rifjut ta’ rikonoxximent tal-oriġini professjonali ta’ marda — Obbligu li proċedura titmexxa f’terminu raġonevoli” )

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/50


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Mejju 2011

    J vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-53/09) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għal inċidenti u mard professjonali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta’ rikonoxximent tal-oriġini professjonali ta’ marda - Obbligu li proċedura titmexxa f’terminu raġonevoli)

    2011/C 252/106

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: J (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    L-annullament ta’ deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrikonoxxi bħala marda professjonali l-marda li minnha hija tbati, kif ukoll id-deċiżjoni li tħallas hi l-miżati u l-ispejjeż tat-tabib li hija għażlet kif ukoll nofs il-miżati u l-ispejjeż konnessi mat-tielet tabib tal-kummissjoni medika.

    Dispożittiv tas-sentenza

    (1)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 1 bħala danni.

    (2)

    Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż tar-rikorrenti.

    (4)

    Ir-rikorrenti għandha tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 180, 01.08.2009, p. 64.


    Top