Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0026

    Kawża F-26/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad- 9 ta’ Marzu 2010 — N vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba għad-danni — Ammissibbiltà — Fastidju psikoloġiku — Dmir ta’ premura — Dannu morali)

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/51


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 — N vs Il-Parlament

    (Kawża F-26/09) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għad-danni - Ammissibbiltà - Fastidju psikoloġiku - Dmir ta’ premura - Dannu morali)

    2010/C 134/85

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: N (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: K. Zejdová u R. Ignătescu, aġenti)

    Suġġett

    Il-kundanna tal-Parlament li jħallas lir-rikorrent is-somma ta’ Eur 12 000 bħala kumpens għad-danni mġarrba, minn naħa, minħabba fastidju psikoloġiku u professjonali li tiegħu kien vittma u, min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta’ investigazzjoni amministrattiva interna minn korp indipendenti

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil N kumpens ta’ Eur 2 000.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ N.

    (4)

    N għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 153, 4.7.2009, p. 51


    Top