EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0018

Kawża F-18/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 10 ta’ Novembru 2011 — Merhzaoui vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Klassifikazzjoni fi grad — Membri tal-persunal lokali maħtura bħala uffiċjali — Artikolu 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 3 tal-Anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Proċedura ta’ promozzjoni 2008 — Eżami komparattiv tal-merti bejn uffiċjali li jaqgħu taħt l-iżvilupp ta’ karriera AST — Proċedura bbażata fuq ir-rapporti ta’ evalwazzjoni 2005/2006 — Kriterju tal-livell tar-responsabbiltajiet eżerċitati)

ĠU C 138, 12.5.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/22


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 — Merhzaoui vs Il-Kunsill

(Kawża F-18/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Klassifikazzjoni fi grad - Membri tal-persunal lokali maħtura bħala uffiċjali - Artikolu 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 3 tal-Anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Proċedura ta’ promozzjoni 2008 - Eżami komparattiv tal-merti bejn uffiċjali li jaqgħu taħt l-iżvilupp ta’ karriera AST - Proċedura bbażata fuq ir-rapporti ta’ evalwazzjoni 2005/2006 - Kriterju tal-livell tar-responsabbiltajiet eżerċitati)

(2012/C 138/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Merhzaoui (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u G. Kimberley, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat fl-iżvilupp ta’ karriera AST 1-7. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 2 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2008, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali li jistħoqqilhom inqas

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

M. Merhzaoui għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009, p. 46


Top