Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0547

Kawża C-547/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fit- 28 ta’ Diċembru 2009 — Pensionsversicherungsanstalt vs Andrea Schwab

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2009 — Pensionsversicherungsanstalt vs Andrea Schwab

(Kawża C-547/09)

2010/C 100/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pensionsvericherungsanstalt

Konvenut: Andrea Schwab

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE (1), u l-Artikolu 2(1)(a) u (b) u l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess (tkeċċija ta’ tabiba impjegata) minn korp pubbliku ta’ assigurazzjoni ta’ pensjoni hija ġġustifikata?

(2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 97/80/KEE (3) u l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE, jew skont il-każ, it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 76/207/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE, u l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2006/54/KE jew l-Artikolu 2(2)(a) flimkien mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78/KE (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ terminazzjoni/tkeċċija abbażi ta’ diskriminazzjoni, b’mod partikolari, abbażi ta’ sess, ma tippermettix il-kunsiderazzjoni ta’ fatturi jew interessi soċjali, iżda tippermetti biss l-evalwazzjoni tal-prova dwar jekk id-diskriminazzjoni bbażata fuq sess kinitx il-motiv determinanti għat-terminazzjoni/tkeċċija jew dwar jekk hemmx motiv ieħor li kien determinanti u li għandu jiġi ppruvat minn min iħaddem?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187)

(2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23)

(3)  Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar il-piż tal-prova f’każijiet ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq is-sess (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 264)

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)


Top