This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0357
Case C-357/09: Reference for a preliminary ruling from the Administrativen Sad Sofia-grad, Bulgaria lodged on 7 September 2009 — Saïd Shamilovich Kadzoev v Direktsia Migratsia pri Ministerstvo na vatreshnite raboti
Kawża C-357/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia-Grad (il-Bulgarija) fis- 7 ta’ Settembru 2009 — Saïd Shamilovich Kadzoev vs Ministertsvo na vatreshnite raboti
Kawża C-357/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia-Grad (il-Bulgarija) fis- 7 ta’ Settembru 2009 — Saïd Shamilovich Kadzoev vs Ministertsvo na vatreshnite raboti
ĠU C 267, 7.11.2009, p. 46–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/46 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad Sofia-Grad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Settembru 2009 — Saïd Shamilovich Kadzoev vs Ministertsvo na vatreshnite raboti
(Kawża C-357/09)
2009/C 267/79
Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen Sad Sofia-Grad (il-Bulgarija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Saïd Shamilovich Kadzoev.
Konvenut: Ministertsvo na vatreshnite raboti.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
2) |
L-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-perijodi stabbiliti ta’ detenzjoni f’ċentru speċjalizzat bil-għan ta’ tneħħija, fis-sens tal-imsemmija direttiva, ma għandux jiġi inkluż il-perijodu li matulu tkun ġiet sospiża l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija mill-Istat Membru skont dispożizzjoni speċifika, minħabba appell pendenti kontra l-imsemmija deċiżjoni, minkejja li matul din il-proċedura huwa jkun baqa’ jirrisjedi f’dan l-istess ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni, meta iċ-ċittadin ma jkollux dokumenti tal-identità validi, u konsegwentement ikun jeżisti dubju dwar l-identità tiegħu jew meta ma jkollux mezzi ta’ għixien jew inkella meta jkollu imġiba aggressiva? |
3) |
L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2008/115/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tneħħija mhijiex raġonevolment possibbli meta:
|
4) |
L-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE […] għandu jiġu interpretat fis-sens li jekk, fil-mument li fih ikun qed isir l-istħarriġ tad-detenzjoni bil-għan tat-tneħħija tal-persuna kkonċernata lejn pajjiż terz, jiġi kkonstatat li ma jkunx jeżisti motiv raġonevoli għat-tneħħija tagħha u li l-motivi għall-estensjoni tad-detenzjoni tiegħu jkunu ġew eżawriti, f’każ bħal dan:
|
(1) ĠU L 348, p. 98.