Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0293

    Kawża C-293/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (L-Italja) fis- 27 ta’ Lulju 2009 — Paolo Lunardi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

    ĠU C 233, 26.9.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 233/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (L-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 — Paolo Lunardi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

    (Kawża C-293/09)

    2009/C 233/18

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione tributaria provinciale di Parma

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Paolo Lunardi

    Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 (5) tad-DPR Nru 633/72 imorru kontra d-dritt Komunitarju u l-prinċipju tan-newtralità tal-VAT u, b’mod partikolari, hemm traspożizzjoni żbaljata tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (1) tas-17 ta’ Mejju 1977, sa fejn il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għat-tnaqqis tal-VAT fuq xiri ta’ beni kapitali, minħabba l-kalkolu tal-pro-rata, minn persuni taxxabbli li jwettqu, skont il-liġi, transazzjonijiet li huma eżenti mill-VAT?


    (1)  ĠU L 145, p. 1.


    Top