Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0290

    Kawża C-290/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo per la Sardegna (l-Italja) fis- 27 ta’ Lulju 2009 –Telecom Italia SpA vs Regione autonoma della Sardegna

    ĠU C 233, 26.9.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 233/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo per la Sardegna (l-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 –Telecom Italia SpA vs Regione autonoma della Sardegna

    (Kawża C-290/09)

    2009/C 233/16

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo per la Sardegna

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Telecom Italia SpA

    Konvenuta: Regione autonoma della Sardegna

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE (1) (fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċI [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi]), kif indikati fil-punt 10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil grupp temporanju ta’ impriżi li fosthom hemm ukoll amministrazzjoni statali, tat-tip deskritt fil-punt 12, milli jipparteċipaw f’kuntratt għal servizzi, bħas-servizz ta’ dokumentazzjoni, diffużjoni u twettiq tas-“Sistema omoġenea ta’ identità viżiva tal-postijiet u tal-istituti tal-kultura: Patrimonju Kulturali ta’ Sardenja” li huwa s-suġġett ta’ sejħa għall-offerti maħruġa mir-Regione Sardegna?

    (2)

    Id-dispożizjonijiet tal-Artikolu 3(22) u (19) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, approvat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 (li jipprovdi li, rispettivament, il-frażi “operatur ekonomiku” tinkludi l-imprenditur, il-fornitur u min jipprovdi s-servizz jew grupp jew konsorzju ta’ dawn tal-aħħar; u “l-frażijiet ‘imprenditur’, ‘fornitur’ u ‘min jipprovdi s-servizz’ jindikaw persuna fiżika, persuna ġuridika jew entità mingħajr personalità legali, inkluż il-Grupp Ewropew b’Interess Ekonomiku (GEIE) stabbilit bis-saħħa tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 240, tat-23 ta’ Lulju 1991, li joffri fis-suq, rispettivament, it-twettiq ta’ xogħlijiet jew proġetti, il-provvista ta’ prodotti, il-provvista ta’ servizzi”), u dawk tal-Artikolu 34 tal-istess Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi (li jelenka l-persuni li jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi), imorru kontra d-Direttiva 2004/18/KE jekk jiġu interpretati fis-sens li jirrestrinġu l-parteċipazzjoni għall-fornituri professjonali ta’ tali attivitajiet biss, bl-esklużjoni ta’ entitajiet pubbliċi li l-għan tagħhom ikun prinċipalment differenti minn dak ta’ lukru, bħal, pereżempju, ir-riċerka?


    (1)  GU L 134, p. 114


    Top