EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0251

Kawża C-251/09: Rikors ippreżentat fis- 7 tal-Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

ĠU C 233, 26.9.2009, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/5


Rikors ippreżentat fis-7 tal-Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-251/09)

2009/C 233/09

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Zadra u I. Khatzigiannis)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(2) u 31(1) tad-Direttiva 93/38/KEE (1) u l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 92/13/KEE (2);

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Qed jiġi allegat li l-Arkhi Ilektrikou Kiprou (l-Awtorità tal-Elettriku ta’ Ċipru) kisret id-Direttivi 93/38/KEE u 92/13/KEE fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti bin-numru ta’ referenza 40/2005 li kienet tirrigwarda kuntratt għad-disinn, forniment u kostruzzjoni tar-raba’ unità taċ-ċentrali elettrika ta’ Vasilikos.

Il-Kummissjoni ssostni li l-ksur tal-Artikoli 4(2) u 31(1) tad-Direttiva 93/38 huwa dovut għar-raġunijiet għar-rifjut tal-offerta tal-lanjant u l-aċċettazzjoni tal-offerta tal-offerent l-ieħor abbażi ta’ kriterju li ma saritx referenza ċara għaih fis-sejħa għal offerti.

Għal dak li jirrigwarda l-ksur tad-Direttiva 92/13, miżura proċedurali, il-Kummissjoni ssostni (i) li, sa fejn l-awtorità kontraenti stess ħolqot, bl-aġir tagħha, sitwazzjoni ta’ inċertezza rigward l-interpretazzjoni li għandha tingħata lir-raġunijiet li rriżultaw fir-rifjut tal-offerta tal-lanjant, hija kisret id-Direttiva 92/13 kif interpretata fid-dawl tal-għan ta’ effettività mfittex minn din id-direttiva, u (ii) li l-awtorità kontraenti ma tistax tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha billi sempliċiment tirreferi għal rapporti ta’ evalwazzjoni.


(1)  Direttiva tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU 1993 L 199, p. 84).

(2)  Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU 1992 L 76, p. 14).


Top