EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0215
Case C-215/09: Reference for a preliminary ruling from the Markkinaoikeus (Finland) lodged on 15 June 2009 — Mehiläinen Oy, Suomen Terveystalo Oyj v Oulun kaupunki
Kawża C-215/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil- 15 ta’ Ġunju 2009 — Mehiläinen Oy, Suomen Terveystalo Oyj vs Oulun kaupunki
Kawża C-215/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil- 15 ta’ Ġunju 2009 — Mehiläinen Oy, Suomen Terveystalo Oyj vs Oulun kaupunki
ĠU C 193, 15.8.2009, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fil-15 ta’ Ġunju 2009 — Mehiläinen Oy, Suomen Terveystalo Oyj vs Oulun kaupunki
(Kawża C-215/09)
2009/C 193/19
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Markkinaoikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mehiläinen Oy, Suomen Terveystalo Oyj
Konvenuta: Oulun kaupunki
Domandi preliminari
1) |
Ftehim fejn awtorità kontraenti muniċipali tistipula, flimkien ma’ kumpannija privata indipendenti minnha, kuntratt għat-twaqqif ta’ kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata fejn il-kapital u l-poter deċiżjonali huma maqsuma b’mod ugwali u li permezz tagħha l-awtorità kontraenti muniċipali tintrabat, ladarba titwaqqaf din il-kumpannija, li tikseb is-servizzi ta’ saħħa u benesseri fuq il-post tax-xogħol sabiex jibbenefikaw minnhom l-impjegati tagħha, huwa suġġett għall-proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi billi grupp ta’ ftehim korrispondenti huma analizzati f’għoti ta’ kuntratti ta’ servizzi fis-sens tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] jew dan jitlob li titwaqqaf impriża komuni u t-trasferiment tal-attivitajiet irregolati mil-gvern muniċipali, fejn f’dan il-każ id-direttiva ċċitata iktar ’il fuq u l-obbligu li timponi fir-rigward tal-kompetizzjoni ma jkunux applikabbli? |
2) |
Barra minn dan, għandu jiġi kkunsidrat bħala rilevanti f’din il-kawża l-fatt li
|
(1) ĠU L 134, p. 114