Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0212

    Kawża C-212/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    ĠU C 180, 1.8.2009, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 180/35


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-212/09)

    2009/C 180/61

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun, M. Teles Romão u P. Guerra e Andrade, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

    Talbiet

    tiddikjara li, billi żammet drittijiet speċjali tal-Istat u ta’ entitajiet pubbliċi oħra jew tas-settur pubbliku Portugiż, f’GALP Energia, SGPS S. A., ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 KE u 43 KE.

    tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Skont il-liġi Portugiża, l-Istat jippossjedi ishma privileġġjati b’poteri eċċezzjonali f’ GALP. L-Istat għandu d-dritt li jaħtar il-president tal-Bord tad-Diretturi. Fl-oqsma ta’ kompetenza tagħha, id-deċiżjonijiet tal-kumpannija huma suġġetti għall-approvazzjoni tagħha.

    Kull deċiżjoni dwar emenda fil-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija, kull deċiżjoni intiża għall-awtrorizzazzjoni tal-konklużjoni ta’ kuntratti soċjali ta’ koordinazzjoni u ta’ subordinanza kif ukoll kull deċiżjoni li, b’xi mod jew ieħor, jista’ jkollha inċidenza fuq il-provvista ta’ żejt, gas jew prodotti derivati fil-pajjiż huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat.

    Il-Kummissjoni ssostni li kemm id-dritt tal-Istat li jaħtar amministratur b’poteri li permezz tagħhom japprova d-deċiżjonijiet bħad-dritt ta’ veto tal-Istat f’“significant corporate actions” jirrestrinġu serjament l-investiment dirett u l-investimenti ta’ portafoll.

    Id-drittijiet speċjali tal-Istat inkwistjoni jikkostitwixxu miżuri mill-Istat ġaladarba l-azzjonijiet ipprivileġġati ma joperawx applikazzjoni normali tad-dritt tal-kumpanniji.

    Id-dritt Komunitarju derivat ma jiġġustifikax drittijiet speċjali tal-Istat f’impriżi li jixtru bl-ingrossa ż-żejt u l-prodotti derivati miż-żejt. GALP m’għandha ebda responsabbiltà li tagħti garanzija fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-provvista. L-Istat kellu l-intenzjoni li GALP tkun impriża li ċ-ċentru ta’ tmexxija tagħha tkun fil-Portugall. F’kull każ, l-Istat Portugiż mhuwiex josserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità ġaladarba l-miżuri inkwistjoni mhumiex adegwati biex jiġu ggarantiti l-għanijiet imfittxija u jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu.


    Top