Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0141

Kawża C-141/09: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-141/09)

2009/C 141/59

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/56/KE tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limita (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 1 sa 4, 5 sa 8, l-Artikolu 13 tagħha, kif ukoll l-Artikoli 16 u 9(2), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/56/KE skada fl-14 ta’ Diċembru 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma nnotifikax dawn il-miżuri lill-Kummissjoni


(1)  ĠU L 310, p. 1.


Top