Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0083

    Kawża C-83/09 P: Appell ippreżentat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil- 25 ta’ Frar 2009 mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fl- 10 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża T-388/02, Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta minn Zellstoff Stendal GmbH, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Land Sachsen-Anhalt

    ĠU C 102, 1.5.2009, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 102/15


    Appell ippreżentat mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-25 ta’ Frar 2009 mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fl-10 ta’ Diċembru 2008 fil-Kawża T-388/02, Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sostnuta minn Zellstoff Stendal GmbH, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Land Sachsen-Anhalt

    (Kawża C-83/09 P)

    2009/C 102/25

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u V. Kreuschitz, aġenti)

    Appellati: Kronoply GmbH & Co. KG, Kronotex GmbH & Co. KG, Zellstoff Stendal GmbH, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u Land Sachsen-Anhalt

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiddikjara ammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2002 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta;

    tiddikjara inammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG kontra d-deċiżjoni kontenzjuża;

    tikkundanna lil Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-konklużjoni li partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE għandhom id-dritt li jressqu kawża kontra deċiżjonijiet dwar għajnuna mill-Istat tmur kontra r-rekwiżiti dwar l-ammissibbiltà ta’ rikors stabbiliti fl-Artikolu 230(4) KE. Min-naħa tagħhom, partijiet interessati li mhumiex parti fil-proċeduri dwar l-għajnuna mill-Istat ma għandhomx drittijiet li jistgħu jiġu invokati permezz ta’ rikors. Għall-kuntrarju, sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna tkunx ikkonċernata individwalment għandha tiġi applikata l-formula żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Plaumann. Skont din il-formula, ir-rikorrent ikun ikkonċernat individwalment biss jekk l-għajnuna jkollha konsegwenzi ekonomiċi fuqu.

    Barra minn hekk, fis-sentenza appellata t-talbiet tar-rikorrenti ngħataw interpretazzjoni ġdida li mhijiex permissibbli. Skont il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza eżaminat argumenti sostantivi tal-appellanti, li din ma kinitx ressqet, dwar il-protezzjoni tal-allegat dritt tagħha li tressaq rikors u dan minkejja li r-rikors kien ammissibbli biss għall-protezzjoni tal-allegati drittijiet proċedurali.

    Is-sentenza appellata twassal, fl-aħħar mill-aħħar, għall-introduzzjoni ta’ dritt għal actio popularis kontra deċiżjonijiet dwar għajnuna mill-Istat, liema dritt ma jeżistix fid-dritt Komunitarju.


    Top