Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0068

    Kawża C-68/09 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta' Frar 2009 minn Georgios Karatzoglou mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fit- 2 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-471/04: Georgios Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

    ĠU C 82, 4.4.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/21


    Appell ippreżentat fis-16 ta' Frar 2009 minn Georgios Karatzoglou mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fit-2 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-471/04: Georgios Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

    (Kawża C-68/09 P)

    (2009/C 82/38)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Georgios Karatzoglou (rappreżentant: S. A. Pappas, dikigoros)

    Appellata: L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

    Talbiet tal-appellant

    L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza:

    tannulla s-sentenza appellata;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Awtorità tal-Ħatra;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellant jissottmetti li, meta ddeċidiet li t-tkeċċija ta' membri tal-persunal temporanju ma tirrikjedix motivazzjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma mxietx mal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġusatizzja u kisret id-dritt internazzjonali u l-Artikolu 253 KE, li jimponi obbligu ġenerali ta' motivazzjoni.

    L-appellant jissottometti, barra minn hekk, li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball meta ddikjarat li huwa ma kienx ressaq provi adegwati li juru abbuż ta' poter. Huwa jikkontesta wkoll id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.


    Top