Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0274

    Kawża C-274/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht München — il-Ġermanja) — Privater Rettungsdienst und Krankentransport Stadler vs Zweckverband für Rettungsdienst und Feuerwehralarmierung Passau (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Konċessjoni għal servizz pubbliku — Servizz ta’ għajnuna tal-emerġenza — Distinzjoni bejn “kuntratt pubbliku għal servizzi” u “konċessjoni għal servizzi” )

    ĠU C 139, 7.5.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Oberlandesgericht München — il-Ġermanja) — Privater Rettungsdienst und Krankentransport Stadler vs Zweckverband für Rettungsdienst und Feuerwehralarmierung Passau

    (Kawża C-274/09) (1)

    (Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Konċessjoni għal servizz pubbliku - Servizz ta’ għajnuna tal-emerġenza - Distinzjoni bejn “kuntratt pubbliku għal servizzi” u “konċessjoni għal servizzi”)

    2011/C 139/04

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht München

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Privater Rettungsdienst und Krankentransport Stadler

    Konvenuta: Zweckverband für Rettungsdienst und Feuerwehralarmierung Passau

    fil-preżenza ta’: Malteser Hilfsdienst eV, Bayerisches Rotes Kreuz

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht München — Interpretazzjoni tal Artikolu 1(2)(a) u (d) u l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tal-31 Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kuntratti pubbliċi għal provvisti u kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol 7, p. 132) — Kunċetti ta’ “kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet]” u “konċessjoni tas-servizz [konċessjoni ta’ servizzi]” — Kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ għajnuna medika ta’ emerġenza, konkluż bejn l-awtorità kontraenti u organizzazzjonijiet li jagħtu għajnuna, li jipprovdi li r-remunerazzjoni għal servizzi pprovduti tiddependi fuq negozjati bejn l imsemmija organizzazzjonijiet u terzi bħalma huma l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(2)(d) u (4) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta r-remunerazzjoni tal-operatur ekonomiku magħżul titħallas kollha minn persuni li huma distinti mill-awtorità kontraenti li tkun tat il-kuntratt li jirrigwarda s-servizzi ta’ għajnuna tal-emerġenza u li dan l-operatur ekonomiku jassumi r-riskju tal-operat, anki jekk b’mod limitat ħafna, minħabba, b’mod partikolari, il-fatt li l-ammont tad-drittijiet tal-użu tas-servizzi inkwistjoni jiddependi mir-riżultat tan-negozjati annwali ma’ terzi u li ma huwiex żgurat li huwa ser ikopri l-ispejjeż kollha sostnuti fil-kuntest tal-ġestjoni tal-attivitajiet tiegħu skont il-prinċipji stabbiliti mid-dritt nazzjonali, l-imsemmi kuntratt għandu jiġi kklassifikat bħala kuntratt ta’ “konċessjoni tas-servizzi”, fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ din id-direttiva.


    (1)  ĠU C 267, 7.11.2009


    Top