Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0237

    Kawża C-237/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Belġju) — État belge vs Nathalie De Fruytier ( “Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13A(1)(d) — Eżenzjonijiet favur attivitajiet ta’ interess ġenerali — Provvista ta’ organi, demm u ħalib umani — Attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani lil sptarijiet u laboratorji, li l-persuna kkonċernata twettaq bħala persuna li taħdem għal rasha — Kunċetti ta’ ‘provvista ta’ oġġetti’ u ta’ ‘provvista ta’ servizzi’ — Kriterji ta’ distinzjoni” )

    ĠU C 209, 31.7.2010, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — il-Belġju) — État belge vs Nathalie De Fruytier

    (Kawża C-237/09) (1)

    (Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13A(1)(d) - Eżenzjonijiet favur attivitajiet ta’ interess ġenerali - Provvista ta’ organi, demm u ħalib umani - Attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani lil sptarijiet u laboratorji, li l-persuna kkonċernata twettaq bħala persuna li taħdem għal rasha - Kunċetti ta’ ‘provvista ta’ oġġetti’ u ta’ ‘provvista ta’ servizzi’ - Kriterji ta’ distinzjoni)

    2010/C 209/13

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: État belge

    Konvenuta: Nathalie De Fruytier

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjonijiet favur attivitajiet ta’ interess ġenerali — Provvista ta’ organi, demm u ħalib umani — Possibbiltà li t-trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani lil sptarijiet u laboratorji, li l-persuna kkonċernata twettaq bħala persuna li taħdem għal rasha, jitqies li huwa provvista?

    Dispożittiv

    L-Artikolu 13A(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li jeżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud “provvista ta’ organi umani, demm u ħalib [organi, demm u ħalib umani]”, għandu jiġi interpretat fis-sens li mhuwiex applikabbli għall-attività ta’ trasport ta’ organi u kampjuni umani lil sptarijiet u laboratorji, li l-persuna kkonċernata twettaq bħala persuna li taħdem għal rasha.


    (1)  ĠU C 220, 12.09.2009


    Top