EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0185

Kawża C-185/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/24/KE — Komunikazzjoni elettronika — Żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 80, 27.3.2010, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-185/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/24/KE - Komunikazzjoni elettronika - Żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2010/C 80/10

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Balta u U. Jonsson, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u A. Engman, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji, sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, ir-Renju tal-Isvezja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009


Top