Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0125

    Kawża C-125/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE — Drittijiet ta’ passaġġ — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 174, 16.6.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 174/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

    (Kawża C-125/09) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE - Drittijiet ta’ passaġġ - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    2012/C 174/03

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, A. Nijenhuis u H. Krämer, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: K. Lykourgos u A. Pantazi-Lamprou, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 108, p. 33) — Ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, p. 21) — Għoti u awtorizzazzjoni ta’ drittijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti riżorsi fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata lil impriża awtorizzata sabiex tipprovdi netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma ggarantietx l-għoti tad-drittijiet ta’ passaġġ fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika abbażi ta’ proċeduri trasparenti, applikati mingħajr diskriminazzjoni u fil-ħin, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttivi.

    (2)

    Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


    Top