This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0041
Case C-41/09: Judgment of the Court (First Chamber) of 3 March 2011 — European Commission v Kingdom of the Netherlands (Failure of a Member State to fulfil obligations — Value added tax — Sixth VAT Directive — Directive 2006/112/EC — Application of a reduced rate — Live animals normally intended for use in the preparation of foodstuffs for human and animal consumption — Supply, importation and acquisition of horses)
Kawża C-41/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva tal-VAT — Direttiva 2006/112/KE — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa — Annimali ħajjin normalment maħsuba għall-preparazzjoni ta’ ikel għal konsum mill-bnedmin u mill-annimali — Provvisti, importazzjonijiet u akkwisti ta’ żwiemel” )
Kawża C-41/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva tal-VAT — Direttiva 2006/112/KE — Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa — Annimali ħajjin normalment maħsuba għall-preparazzjoni ta’ ikel għal konsum mill-bnedmin u mill-annimali — Provvisti, importazzjonijiet u akkwisti ta’ żwiemel” )
ĠU C 130, 30.4.2011, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-41/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva tal-VAT - Direttiva 2006/112/KE - Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa - Annimali ħajjin normalment maħsuba għall-preparazzjoni ta’ ikel għal konsum mill-bnedmin u mill-annimali - Provvisti, importazzjonijiet u akkwisti ta’ żwiemel)
2011/C 130/03
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels, M. Noort, D.J.M. de Grave u J. Langer, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Blaschke, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: B. Beaupère-Manokha, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 12, flimkien mal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) u tal-Artikoli 96, 97, 98 u 99, flimkien mal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Rata mnaqqsa — Provvista, importazzjoni u xiri ta’ ċerti annimali ħajjin (b’mod partikolari ż-żwiemel) mhux intiżi għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni ta’ ikel għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali
Dispożittiv
(1) |
Bl-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti, għall-importazzjonijiet u għall-akkwisti intrakomunitarji kollha ta’ żwiemel, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 12, moqri flimkien mal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE, tal-14 ta’ Frar 2006, kif ukoll tal-Artikoli 96 sa 99(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III tagħha. |
(2) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |