Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0025

    Kawża C-25/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — ir-Repubblika tal-Ungerija) — Sió-Eckes Kft. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Politika agrikola komuni — Regolament (KE) Nru 2201/96 — Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex — Regolament (KE) Nru 1535/2003 — Skema ta’ għajnuna fis-settur tal-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex — Prodotti pproċessati — Ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott — Prodotti lesti)

    ĠU C 100, 17.4.2010, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 100/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság — ir-Repubblika tal-Ungerija) — Sió-Eckes Kft. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

    (Kawża C-25/09) (1)

    (Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 2201/96 - Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex - Regolament (KE) Nru 1535/2003 - Skema ta’ għajnuna fis-settur tal-prodotti pproċessati tal-frott u l-ħxejjex - Prodotti pproċessati - Ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott - Prodotti lesti)

    2010/C 100/10

    Lingwa tal-kawża: l-Ungheriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Sió-Eckes Kft.

    Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 83-102), tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003, tad-29 ta’ Awwissu 2003, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti ipproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 555-571), u tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2320/89, tat-28 ta’ Lulju 1989, għall-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-ħawħ fil-ġulepp u l-ħawħ fis-sugu naturali tal-frott għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna produttiva (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 136-138) — Polpa tal-ħawħ prodotta fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna fis-settur tal-prodotti pproċessati abbażi ta’ frott u ħxejjez — Applikabbiltà ta’ din l-iskema ta’ għajnuna għall-prodotti tal-ħawħ ippreżentati skont metodu mhux previst mir-Regolament (KEE) Nru 2320/89 kif ukoll għall-prodotti nofshom lesti li jirriżultaw mill-fażijiet ta’ produzzjoni differenti u ddestinati għal proċessar sussegwenti.

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 386/2004 tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li, minn naħa, jaqa’ taħt wieħed mill-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament, inkluż il-kodiċi NM 2008 70 92, u li, min-naħa l-oħra, jikkorrispondi għad-definizzjoni ta’ “ħawħ fix-xiropp taz-zokkor u/jew meraq naturali tal-frott”, fis-sens ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003, tad-29 ta’ Awwissu, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 386/2004, u flimkien mar-Regolament(KE) Nru 2320/89 tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Lulju, li jippreskrivi rekwiżiti ta’ kwalità minimi għall-ħawħ f’ġulepp u/jew f’meraq naturali ta’ frott taħt l-iskema ta’ għajnuna ta’ produzzjoni, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 996/2001 tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Mejju 2001.

    (2)

    Il-prodott miksub mid-diversi fażijiet tal-ipproċessar tal-ħawħ jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitqies li huwa prodott lest fis-sens tar-Regolamenti Nri 2201/96 u 1535/2003, kif emendati, bil-kundizzjoni li jkollu l-karatteristiċi ddefiniti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1535/2003, kif emendat.


    (1)  ĠU C 82, 4.4.2009.


    Top