Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TO0545

    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Lulju 2009.
    Thérèse Nicole Thoss vs il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej.
    Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Dewmien - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta.
    Kawża T-545/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:260





    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Thoss vs Il-Qorti tal-Awdituri

    (Kawża T-545/08)

    “Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Dewmien – Nuqqas ta’ żball skużabbli – Inammissibbiltà manifesta”

    1.                     Proċedura - Tqassim tal-kompetenzi bejn id-diversi qrati Komunitarji - Rikors għal annullament ippreżentat minn membru tal-Qorti tal-Awdituri kontra deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni - Nuqqas ta’ kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Artikolu 230 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 8(2)) (ara l-punti 26, 27)

    2.                     Proċedura - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Natura ta’ ordni pubbliku (ara l-punti 35, 36, 40)

    3.                     Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Notifika (il‑ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 41, 42)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri, tal-20 ta’ Marzu 2006, li ċċaħħad lir-rikorrenti, armla ta’ ex membru tal-Qorti tal-Awdituri, mill-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti peress li r-rekwiżit ta’ ħames snin żwieġ fil-mument tal-mewt ma kienx sodisfatt (kawża rreġistrata bir-referenza F‑46/08 u rrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Thérèse Nicole Thoss hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top