EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TO0489

Digriet tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tal-24 ta' Mejju 2011.
Power-One Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għad-danni - Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju LIFE+ - Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari (proġett Pneuma) - Użu ħażin ta’ proċedura - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà.
Kawża T-489/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:238





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Power‑One Italy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/08)

“Rikors għad-danni – Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju LIFE+ – Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari (proġett Pneuma) – Użu ħażin ta’ proċedura – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għad-danni - Awtonomija mir-rikors għal annullament - Rikors parzjalment intiż għall-irtirar ta’ deċiżjoni individwali li saret definittiva - Inammissibbiltà parzjali (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 42-50)

2.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati - Rikors għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni - Assenza ta’ indikazzjonijiet fir-rigward tan-natura u tal-portata tad-dannu u fir-rigward tar-rabta kawżali - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 52, 54-57, 61, 62)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proġett Pneuma (LIFE04 ENV/IT/000595), maħsub sabiex jikkofinanzja l-iżvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fis-settur tat-telefonija ċellulari.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Power-One Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

Top