Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TO0313

    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (is-Sitt Awla) tat-30 ta' Novembru 2009.
    Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore Snc et. vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Irkupru tal-istokkijiet tat-Thunnus thynnus - Iffissar tat-TAC għas-sena 2008 - Att ta’ portata ġenerali - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà.
    Każijiet Magħquda T-313/08 sa T-318/08 u T-320/08 sa T-328/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:477





    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 – Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore et vs Il‑Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T‑313/08 sa T‑318/08 u T‑320/08 sa T‑328/08)

    “Rikors għal annullament – Regolament (KE) Nru 530/2008 – Irkupru tal-istokkijiet tat-Thunnus thynnus – Iffissar tat-TAC għas-sena 2008 – Att ta’ portata ġenerali – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

    1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Regolament li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza li jillimitaw is-sajd għat-Thunnus thynnus - Att ta’ portata ġenerali - Rikors tal-proprjetarji tal-bastimenti awtorizzati jipprattikaw is-sajd għat-Thunnus thynnus - Rikorrenti li ma humiex ikkonċernati individwalment - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal‑Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008) (ara l‑punti 36-41, 45-48)

    2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Interpretazzjoni contra legem tar-rekwiżit tal-interess individwali - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, u Artikoli 234 KE u 241 KE) (ara l-punt 49)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn [Thunnus thynnus] fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

    2)

    Ir-rikorrenti, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore Snc u s-sittax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

    Top