EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TO0045

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-Raba' Awla) tal-14 ta' Novembru 2008.
Transportes Evaristo Molina, SA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali - Allegat nuqqas ta’ locus standi fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni - Inammissibbiltà.
Kawża T-45/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:499





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2008 – Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/08)

“Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Punt ta’ tluq – Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali – Allegat nuqqas ta’ locus standi fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Punt ta’ tluq – Data tal-pubblikazzjoni tal-att inkwistjoni (Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 102(1) (ara l-punti 29-30)

2.                     Proċedura – Terminu ta’ rikors – Dekadenza – Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 45) (ara l-punti 30)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Locus standi – Evalwazzjoni mill-qorti Komunitarja biss (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 32)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/446/KE, tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/B-1/38.348 – Repsol CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 176, p. 104), li tirrendi vinkolanti l-impenji assunti minn Repsol CPP, adottata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU 2003, L 1, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent magħmula minn Repsol Comercial de Productos Petrolíferos, SA.

3)

Transportes Evaristo Molina, SA, għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.

Top