Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0503

    Kawża T-503/08: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Novembru 2008 — Rundpack vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' tazza tax-xorb)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/48


    Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2008 — Rundpack vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' tazza tax-xorb)

    (Kawża T-503/08)

    (2009/C 44/85)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rundpack AG (rappreżentant: R. Chmilewsky-Lehner, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-konvenut tat-3 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 1400/2006-1, u tirrinvija l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Nru 003 317 591 quddiem l-UASI għat-tkomplija tal-proċedimenti ta' reġistrazzjoni, kif ukoll tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha marbuta mal-proċeduri, b'mod partikolari l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell,

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-3 ta' Settembru 2008 u tirrinvija l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Nru 003 317 591 quddiem l-UASI għat-tkomplija tal-proċedimenti ta' reġistrazzjoni b'lista mnaqqsa tal-prodotti, u kif ukoll tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha marbuta mal-proċeduri, b'mod partikolari l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali “BECHER RUND” għal prodotti fil-klassijiet 16, 17 u 20 (Applikazzjoni Nru 3 317 591)

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).


    Top