Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0492

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) ta’ 11 ta' Mejju 2010.
    Nicolas Wessang vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva star foods - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti STAR SNACKS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-492/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:186





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Mejju 2010 – Wessang vs UASI – Greinwald (star foods)

    (Kawża T-492/08)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva star foods – Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti STAR SNACKS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 59, 60)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1408/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nicolas Wessang u Greinwald GmbH.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant tat-trade mark Komunitarja:

    Greinwald GmbH

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva star foods għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 29, 30 u 32 – Applikazzjoni Nru 4105615

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Nicolas Wessang

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade marks figurattivi u verbali Komunitarji STAR SNACKS għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell::

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda


    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1408/2007‑4), hija annullata.

    2)

    Greinwald GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Nicolas Wessang.

    3)

    N. Wessang għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.

    4)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

    Top