Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0289

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tal-11 ta' Frar 2010.
    Deutsche Betriebskrankenkasse (Deutsche BKK) vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutsche BKK - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv u nuqqas ta' karattru distintiv - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 73 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 75 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009).
    Kawża T-289/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:36





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 – Deutsche BKK vs UASI (Deutsche BKK)

    (Kawża T-289/08)

    “Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutsche BKK – Raġunijiet assoluti għal rifjut − Karattru deskrittiv u nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu − Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l‑Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] − Artikolu 73 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 75 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”


    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)(ċ) u (3)) (ara l-punti 40, 47-49, 95)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2008 (Każ R 318/2008-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat‑trade mark verbali Deutsche BKK bħala trade mark Komunitarja.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Deutsche BKK

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali BKK għas-servizzi fil-klassijiet 36, 41 u 44 – Applikazzjoni Nru 4724894

    Deċiżjoni tal-eżaminatur :

    Reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell miċħud

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Deutsche BKK hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top