Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0152

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta' Settembru 2010.
    Kido Industrial Ltd vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SCORPIONEXO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ESCORPION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-152/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:357





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Kido vs UASI – Amberes (SCORPIONEXO)

    (Kawża T-152/08)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SCORPIONEXO – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ESCORPION – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    1.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Rikors ippreżentat espressament u fil-ħin mill-applikant - Possibbiltà li r-rikors jiġi ppreżentat għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 18-22)

    2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 40, 81-83)

    3.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 48)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2008 (Każ R 287/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Amberes, SA u Kido Industrial Ltd.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Kido Industrial Ltd

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali SCORPIONEXO għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28 –Applikazzjoni Nru 3886249

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:

    Amberes, SA

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade marks figurattivi Spanjoli (Nru 39142 u Nru 499599, Nru 499600 u Nru 339140) u internazzjonali (Nru 206436 u Nru 206437), ikkostitwiti minn disinn ta’ skorpjun u tal-kelma ESCORPION, rispettivament irreġistrati għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 12, 16, 20, 21 u 28, u għal prodotti fil-klassijiet 22, 24 sa 26. Trade mark verbali Spanjola ESCORPION (Nru 555764) irreġistrata għal prodotti fil-klassi 25. Trade mark verbali Komunitarja ESCORPION (Nru 778217) irreġistrati għal prodotti fil-klassijiet 22, 24 sa 26

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni milqugħa mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li bbażat ruħha unikament fuq it-trade mark preċedenti Spanjola figurattiva Nru 339142, għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28, u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal dawn il-prodotti miċħuda fl-intier tagħha.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell::

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Kido Industrial Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top