Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0433

    Kawża T-433/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ April 2013 — SIAE vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza” )

    ĠU C 156, 1.6.2013, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — SIAE vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-433/08) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq ġeografiku - Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali - Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali - Prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza)

    2013/C 156/62

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Società italiana degli autori ed editori (SIAE) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, L. Vullo u S. Valentino, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Castillo de la Torre, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC).

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Società italiana degli autori ed editori (SIAE).

    (2)

    L-Artikolu 4(2) ta’ din id-deċiżjoni huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil SIAE.

    (3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (4)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri prinċipali.

    (5)

    SIAE u l-Kummissjoni għandhom ibatu, kull waħda minnhom, l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


    Top