Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0059

    Kawża T-59/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Diċembru 2010 — Nute Partecipazioni u La Perla vs UASI — Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti la PERLA — Raġuni relattiva għal rifjut — Ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009) )

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2010 — Nute Partecipazioni u La Perla vs UASI — Worldgem Brands (NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC)

    (Kawża T-59/08) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali NIMEI LA PERLA MODERN CLASSIC - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti la PERLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5), u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009))

    2011/C 30/59

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Nute Partecipazioni SpA, li kienet Gruppo La Perla SpA (Bolonja, l-Italja); u La Perla Srl (Bolonja) (rappreżentanti: R. Morresi u A. Dal Ferro, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Rampini, sussegwentement minn O. Montalto, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Worldgem Brands Srl, li kienet Worldgem Brands — Gestão e Investimentos Lda (Creazzo, l-Italja) (rappreżentanti: V. Bilardo, M. Mazzitelli u C. Bacchini, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2007 (Każ R 537/2004-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nute Partecipazioni SpA u Worldgem Brands Srl.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Novembru 2007 (Każ R 537/2004-2) hija annullata sa fejn l-UASI ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u kkundanna lil Nute Partecipazioni SpA għall-ispejjeż tagħha.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll 90 % tal-ispejjeż ta’ Nute Partecipazioni u ta’ La Perla Srl quddiem il-Qorti Ġenerali u l-ispejjeż kollha ta’ Nute Partecipazioni quddiem il-Bord tal-Appell.

    (4)

    Nute Partecipazioni u La Perla għandhom ibatu 10 % tal-ispejjeż tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali.

    (5)

    Worldgem Brands Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 92, 12.04.2008


    Top