Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FB0048

    Kawża F-48/08: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 30 ta' Ottubru 2008 — Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Inammissibbiltà manifesta — Impossibbiltà ta' rappreżentazzjoni tar-rikorrent minn avukat li mhuwiex terza persuna — Għajnuna legali — Talba għal intervent)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 73–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/73


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta' Ottubru 2008 — Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-48/08) (1)

    (Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà manifesta - Impossibbiltà ta' rappreżentazzjoni tar-rikorrent minn avukat li mhuwiex terza persuna - Għajnuna legali - Talba għal intervent)

    (2009/C 44/129)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Antonio Ortega Serrano (Cádiz, Spanja) (rappreżentant: A. Ortega Serrano, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Herrmann u L. Lozano Palacios, aġenti)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05, li tirrifjuta lir-rikorrent jitniżżel fil-lista ta' riżerva u li tistabbilixxi data ġdida għall-prova orali.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    It-talba sussidjarja ta' A. Ortega Serrano sabiex jiġi awtorizzat jirregolarizza r-rikors tiegħu hija miċħuda.

    3)

    A. Ortega Serrano huwa kkundanndat għall-ispejjeż.

    4)

    M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent.

    5)

    Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talba għal intervent.

    6)

    It-talba għal għajnuna legali, fil-Kawża F-48/08 AJ, Ortega Serrano vs Il-Kummissjoni, hija miċħuda.


    (1)  ĠU C 171, 5.7.2008, p. 52.


    Top