Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0495

    Kawża C-495/08: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    ĠU C 32, 7.2.2009, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/17


    Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    (Kawża C-495/08)

    (2009/C 32/27)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u J.-B. Laingelot, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara illi peress li naqas milli jipprovdi li deċiżjonijiet individwali sabiex ma ssirx stima tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) kif emendata għandhom ikunu sostnuti b'motivazzjoni suffiċjenti, u peress li naqas li jissuġġetta l-applikazzjonijiet ROMP ippreżentati f'Wales qabel il-15 ta' Novembru 2000 għar-rekwiżiti ta' dik id-direttiva, ir-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dik id-direttiva.

    tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għandhom jingħataw raġunijiet biss jekk stima tal-impatt ambjentali (environmental impact assessment) tinstab li hija meħtieġa; jekk, għal kwalunkwe raġuni, l-awtorità tal-ippjanar relevanti jew is-Segretarju tal-Istat jikkonkludi li l-ebda stima tal-impatt ambjentali mhija meħtieġa, ir-regolamenti ma jirrikjedux illi jingħataw raġunijiet insostenn ta' dik il-konklużjoni. Il-Kummissjoni tissottometti illi deċiżjonijiet individwali meħuda minn Stati Membri sabiex ma ssirx stima tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 4(2) sa (4) tad-direttiva għandhom jiġu sostnuti b'motivazzjoni xierqa.

    Barra minn hekk, ir-Renju Unit ma adottax leġiżlazzjoni f'Wales li tissuġġetta l-applikazzjonijiet għar-Review of Mineral Planning (“ROMP”) għar-rekwiżiti tad-direttiva.


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40).


    Top