Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0256

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta' April 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju Unit.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi li ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jinvokaw l-istatus ta' refuġjat jew protezzjoni internazzjonali - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C-256/08.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:283





Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tat‑30 ta’ April 2009 – Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit

(Kawża C‑256/08)

 “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/83/KE – Livelli minimi li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jinvokaw l‑istatus ta’ refuġjat jew protezzjoni internazzjonali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit‑terminu previst”

1.                     Stati Membri – Obbligi – Implementazzjoni tad‑direttivi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq is‑sistema interna – Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 9)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal‑mertu mill‑Qorti tal‑Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat‑terminu stabbilit mill‑opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 10)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit‑terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva tal‑Kunsill 2004/83/KE, tad‑29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall‑kwalifika u l‑istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l‑kontenut tal‑protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 17, Vol. 7, p. 96).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit‑terminu previst, il‑liġijiet, ir‑regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva tal‑Kunsill 2004/83/KE, tad‑29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall‑kwalifika u l‑istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l‑kontenut tal‑protezzjoni mogħtija, ir‑Renju Unit tal‑Gran Brittanja u l‑Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l‑obbligi tiegħu taħt din id‑direttiva.

2)

Ir‑Renju Unit tal‑Gran Brittanja u l‑Irlanda ta’ Fuq huma kkundannati għall‑ispejjeż.

Top