EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62008CA0337

Kawża C-337/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — X Holding B.V. vs Staatssecretaris van Financiën (Artikoli 43 KE u 48 KE — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Entità fiskali komposta minn kumpannija parent residenti u minn sussidjarja jew sussidjarji residenti — Intaxxar tal-profitti fi ħdan il-kumpannija parent — Esklużjoni tas-sussidjarji mhux residenti)

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 3-4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — X Holding B.V. vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-337/08) (1)

(Artikoli 43 KE u 48 KE - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Entità fiskali komposta minn kumpannija parent residenti u minn sussidjarja jew sussidjarji residenti - Intaxxar tal-profitti fi ħdan il-kumpannija parent - Esklużjoni tas-sussidjarji mhux residenti)

2010/C 100/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X Holding B.V.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 48 KE — Leġiżlazzjoni li tippermetti lill-kumpanniji parent residenti li jiffurmaw entità fiskali ma’ sussidjarja jew sussidjarji residenti tagħhom, li twassal sabiex il-profitti tal-imsemmija entità jiġu ntaxxati fi ħdan il-kumpannija parent — Esklużjoni ta’ sussidjarji mhux residenti minn dan il-mekkaniżmu

Dispożittiv

L-Artikoli 43 KE u 48 KE ma jipprekludux il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tagħti lil kumpannija parent il-possibbiltà li tistabbilixxi entità fiskali waħda mas-sussidjarja residenti tagħha, iżda li tipprekludi l-istabbiliment ta’ tali entità fiskali waħda fil-każ ta’ sussidjarja mhux residenti meta l-profitti ta’ din tal-aħħar mhumiex suġġetti għal-liġi fiskali ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


Sus