Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0097

    Kawża C-97/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2009 — Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikolu 81(1) KE — Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE — Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Grupp ta’ impriżi — Imputabbiltà tal-ksur — Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mill-kumpanniji sussidjarji tagħha — Influwenza deċiżiva eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni juris tantum fil-każ ta’ proprjetà tal-ishma kollha)

    ĠU C 267, 7.11.2009, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 267/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (Kawża C-97/08 P) (1)

    (Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81(1) KE - Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Grupp ta’ impriżi - Imputabbiltà tal-ksur - Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mill-kumpanniji sussidjarji tagħha - Influwenza deċiżiva eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni juris tantum fil-każ ta’ proprjetà tal-ishma kollha)

    2009/C 267/28

    Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Functional Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak, M. van der Woude u M. Mollica, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u F. Castillo de la Torre, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007, fil-Kawża T-112/05, Akzo Nobel NV et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tiċħad talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/566/KE tad-9 ta’ Diċembru 2004 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-2/37.533 — Klorur tal-kolin) (ĠU L 190, p. 22), fir-rigward ta’ numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftehma li kienu jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet, it-tqassim tas-swieq u azzjonijiet miftehma kontra l-kompetituri fis-suq Ewropew tal-klorur tal-kolin — Kunċett ta’ “impriża” fis-sens tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud

    2)

    Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Nederland BV, Akzo Nobel Chemicals International BV, Akzo Nobel Chemicals BV u Akzo Nobel Functional Chemicals BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 128, 24.05.2008


    Top