Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0036

    Kawża C-36/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 93/16/KEE — Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta' tabib ġeneralista — Traspożizzjoni mhux korretta)

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-36/08) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/16/KEE - Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta' tabib ġeneralista - Traspożizzjoni mhux korretta)

    (2008/C 301/23)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 30, 31 u 36 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/16/KEE, tal-5 ta' April 1993, biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali tagħhom (ĠU L 165 p. 1) — Taħriġ speċifiku meħtieġ sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta' tabib ġeneralista

    Dispożittiv

    1)

    Billi adottat u żammet fis-seħħ regoli bħal dawk tal-Artikolu 29(d.1) u (d.2) tal-Liġi 3209/2003, li mhumiex konformi mal-Artikoli 30, 31 u 36 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 93/16/KEE, tal-5 ta' April 1993, biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali tagħhom, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Mejju 2001, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija Artikoli 30, 31 u 36.

    2)

    Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


    Top