Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62007TN0497

    Kawża T-497/07: Rikors ippreżentat fl- 20 ta' Diċembru 2007 — Compañía Española de Petróleos (Cepsa) vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 64, 8.3.2008, p. 50-50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 64/50


    Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2007 — Compañía Española de Petróleos (Cepsa) vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-497/07)

    (2008/C 64/81)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Compañía Española de Petróleos (Cepsa) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: P. Pérez-Llorca Zamora, O.Armengol i Gasull u A. Pascual Morillo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [C (2007) 4441] safejn din tiddikjara rispettivament li Compañía Española de Petróleos SA kisret l-Artikolu 81 KE, timponi multa fuqha, tordnaha twaqqaf il-ksur b'effett immedjat u tindirizzaha bid-deċiżjoni

    sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq Compañía Española de Petróleos SA, u

    tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) finali tat-3 ta' Ottubru 2007 fil-Każ COMP/38710 — Bitum Spanja. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddikjarat li r-rikorrenti, flimkien ma' kumpanniji oħra, kisret l-Artikolu 81 KE billi pparteċipat, għal ċertu perijodu, f'numru ta' akkordji u prattiċi mifthiema fis-suq tal-bitum ta' penetrazzjoni, b'mod partikolari akkordji għad-diviżjoni tas-suq u koordinament tal-prezzijiet. Fir-rigward ta' dan il-ksur il-Kummissjoni imponiet multa li għaliha r-rikorrenti u kumpannija oħra huma responsabbli in solidum.

    In sostenn ta' dawn l-argumenti, ir-rikorrenti l-ewwel nett tallega li hemm żball ta' liġi fl-attribuzzjoni lir-rikorrenti tal-ksur li seħħ minn kumpannija oħra billi ġiet applikata l-ġurisprudenza fuq 'unità ekonomika'. Barra minn hekk ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni tal-fatti billi ċaħdet il-provi mressqa mir-rikorrenti in sostenn ta' l-indipendenza tal-kumpannija li wettqet il-ksur u billi kkunsidrat li kien hemm ħafna fatturi li kienu jindikaw li din il-kumpannija l-oħra ma kinitx awtonoma. F'dan il-kuntest, ir-rikorrenti tqis ukoll li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta' motivazzjoni billi ċaħdet mingħajr raġuni valida l-argumenti tar-rikorrenti fuq l-indipendenza tal-kumpannija li wettqet il-ksur.

    Sussidjarjament, fir-rigward ta' l-ammont tal-multa, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u d-dritt tar-rikorrenti għal proċedura mingħajr dewmien billi ma adottatx l-oġġezzjonijiet fi żmien raġonevoli fid-dawl ta' l-informazzjoni preżenti, kisret il-prinċipju ta' proporzjonalità u wettqet żball manifest ta' evalwazzjoni billi ma ħaditx in kunsiderazzjoni li r-rikorrenti implementat programm intern ta' preparazzjoni għall-konformità.


    Sus