Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0408

    Kawża T-408/07: Rikors ippreżentat fis- 7 ta' Novembru 2007 — Crunch Fitness International vs L-UASI — ILG (CRUNCH)

    ĠU C 8, 12.1.2008, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 8/22


    Rikors ippreżentat fis-7 ta' Novembru 2007 — Crunch Fitness International vs L-UASI — ILG (CRUNCH)

    (Kawża T-408/07)

    (2008/C 8/40)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Crunch Fitness International Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Barry, Solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: ILG Ltd (Dun Laoghaire, l-Irlanda)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell fir-rigward tal-klassi 41 tat-trade mark Komunitarja;

    iżżomm ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għal servizzi fil-klassi 41; u

    tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż kemm f'dawn il-proċeduri kif ukoll fl-appell quddiem l-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva 'CRUNCH' għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25 u 41 — Trade mark Komunitarja Nru 62 083

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ILG Ltd

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni parzjali ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 25

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja anki għas-servizzi fil-klassi 41

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 50(1)(a), sussidjarjament ta' l-Artikolu 50(2), tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, billi l-Bord ta' l-Appell żbalja meta sab li ma kienx hemm użu ġenwin tat-trade mark in kwistjoni fil-Komunità fir-rigward tas-servizzi fil-klassi 41.


    Top