EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0442

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tad-29 ta' Settembru 2011.
Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Għajnuna mill-Istat - Settur tal-avjazzjoni - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil Alitalia, lil Air One u lil Meridiana - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Obbligu li tittieħed azzjoni.
Kawża T-442/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:547





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-442/07)

“Għajnuna mill-Istat – Settur tal-avjazzjoni – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil Alitalia, lil Air One u lil Meridiana – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni – Obbligu li tittieħed azzjoni”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Intimazzjoni lill-istituzzjoni - Kundizzjonijiet - Talba espliċita u preċiża - Ittra ta’ intimazzjoni indirizzata lill-Kummissjoni li telenka u tirrapporta l-eżistenza ta’ diversi miżuri ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Ammissibbiltà (Artikoli 87 KE, 88(2) KE u 232 KE) (ara l-punti 22-26, 41)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Obbligu li tittieħed azzjoni impost fuq il-Kummissjoni - Obbligu li tiġi eżaminata informazzjoni li tikkonċerna għajnuna allegatament illegali - Obbligu li tiġi informata l-parti interessata f’każ ta’ raġunijiet insuffiċjenti jew li tiġi adottata deċiżjoni fi tmiem il-fażi preliminari ta’ eżami - Nuqqas li tittieħed azzjoni (Artikolu 232 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 4, 10(1) u 20(2)) (ara l-punti 28-30, 37, 38, 50-52, 67, 68)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami tal-ilmenti - Obbligi tal-Kummissjoni - Obbligu li tiġi eżaminata informazzjoni li tikkonċerna għajnuna allegatament illegali - Assenza ta’ rekwiżiti formali għall-preżentazzjoni ta’ lment (Artikoli 87 KE u 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 10(1)) (ara l-punti 32-34)

4.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Obbligu li tittieħed azzjoni impost fuq il-Kummissjoni - Obbligu li tiġi eżaminata informazzjoni li tikkonċerna għajnuna allegatament illegali - Kundizzjonijiet - Eżistenza ta’ lment -Natura allegatament illegali tal-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni li għandha tirriżulta minn informazzjoni pprovduta mill-parti interessata (Artikolu 232 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 10(1) (ara l-punti 45-47, 62-64, 74-76)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni peress li naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni dwar l-ilmenti tar-rikorrenti li jirrigwardaw, minn naħa, għajnuna allegatament mogħtija mir-Repubblika Taljana lil Alitalia, lil Air One u lil Meridiana, u min-naħa l-oħra, ksur allegat tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-Trattat KE meta naqset milli tadotta deċiżjoni fir-rigward tat-trasferiment ta’ 100 impjegat ta’ Alitalia, kif irrappurtat fl-ittra tas-16 ta’ Ġunju 2006, li ntbagħtet lilha minn Ryanair Ltd, fir-rigward tal-kumpens mogħti sussegwentement għall-attentati tal-11 ta’ Settembru, kif irrappurtat fl-ittri tat-3 ta’ Novembru u tat-13 ta’ Diċembru 2005, mibgħuta lilha minn Ryanair, u fir-rigward tat-tnaqqis ta’ tariffi tal-ajruporti fl-ajruporti “ċentrali” li bbenefikat minnhom b’mod partikolari Alitalia, kif irrappurtat fl-ittri ċċitati tat-3 ta’ Novembru u tat-13 ta’ Diċembru 2005.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull waħda mill-partijiet, inkluża Air One SpA, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top