Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0432

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-30 ta' Settembru 2009.
    ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Frott u ħxejjex - Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi.
    Kawża T-432/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:373





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Franza vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑432/07)

    “FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Frott u ħxejjex – Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi”

    1.                     Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Frott u ħxejjex - Organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Finanzjament mill-FAEGG - Rikonoxximent ta’ dawn l-organizzazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali - Kundizzjonijiet (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1035/72 u Nru 2200/96, Artikolu 11(1)(b) u (2)(d)) (ara l-punti 35-37)

    2.                     Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Frott u ħxejjex - Organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Finanzjament mill-FAEGG - Rikonoxximent ta’ dawn l-organizzazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96, Artikolu 11(1)(ċ)) (ara l-punti 54-56)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/647/KE, tat-3 ta’ Ottubru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU L 261, p. 28) sa fejn din id-deċiżjoni teskludi ċertu nfiq imwettaq mir-Repubblika Franċiża favur organizzazzjonijiet tal-produtturi ta’ frott u ħaxix.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top