Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0079

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (is-Sitt Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008.
    SHS Polar Sistemas Informáticos, SL vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva POLARIS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti POLAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
    Kawża T-79/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:230





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2008 – SHS Polar Sistemas Informáticos vs UASI – Polaris Software Lab (POLARIS)

    (Kawża T-79/07)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark Komunitarja figurattiva POLARIS – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti POLAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94” 

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 48, 50 u 51)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Jannar 2007 (Każ R 658/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SHS Polar Sistemas Informáticos, SL u Polaris Software Lab Ltd.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Polaris Software Lab Ltd

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark figurattiva POLARIS għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 – Applikazzjoni Nru 3267713

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    SHS Polar Sistemas Informáticos, SL

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Trade mark Komunitarja verbali POLAR għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni kkonfermata għall-prodotti kkontestati kollha fil-klassi 9

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    SHS Polar Sistemas Informáticos, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top