EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0036

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tal-25 ta' Ġunju 2008.
Zipcar, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZIPCAR - Trade mark nazzjonali preċedenti CICAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Kawża T-36/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:223





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2008 – Zipcar vs UASI – Canary Islands Car (ZIPCAR)

(Kawża T-36/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZIPCAR – Trade mark nazzjonali preċedenti CICAR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 47-50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 122/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Canary Islands Car, SL u Zipcar, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Zipcar, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali ZIPCAR għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9.39 u 42 – Applikazzjoni Nru 3139375

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Canary Islands Car, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark nazzjonali verbali CICAR għal servizzi fil-klassi 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa fir-rigward tas-servizzi invokati fil-klassi 39

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zipcar, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top