EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0010

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta' Settembru 2008.
FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FVB - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FVD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Article 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
Kawża T-10/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:380





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2008 – FVB vs UASI – FVD (FVB)

(Kawża T-10/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FVB – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FVD – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Article 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51-57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2006 (Każ R 1343/2005-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vorsorgemanagement Deutschland mbH u FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali FVB għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36 – Applikazzjoni Nru 2126175

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vermögensberatung Deutschland mbH (preċedentement FVD Gesellschaft für Finanzplanung und Vorsorgemanagement Deutschland mbH)

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark nazzjonali verbali FVD għal servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

 Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FVB Gesellschaft für Finanz- und Versorgungsberatung mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top