This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TJ0008
Judgment of the Court of First Instance (Sixth Chamber) of 18 December 2008. # Miguel Torres, SA v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM). # Community trade mark - Opposition procedure - Application for Community figurative mark TG Torre Galatea - Earlier Community word mark TORRES 10 - Relative ground for refusal - No likelihood of confusion. # Case T-8/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (is-Sitt Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008.
Miguel Torres, SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TG Torre Galatea - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TORRES 10 - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.
Kawża T-8/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (is-Sitt Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008.
Miguel Torres, SA vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TG Torre Galatea - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TORRES 10 - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.
Kawża T-8/07.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:603
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008 – Torres vs UASI – Gala-Salvador Dalí (TG Torre Galatea)
(Kawża T-8/07)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TG Torre Galatea – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TORRES 10 – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 71)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 168/2006-2), dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA, u Fundación Gala-Salvador Dalí. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Fundación Gala-Salvador Dalí |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark figurattiva TG Torre Galatea għal prodotti fil-klassi 33 –Applikazzjoni Nru 2730513 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Miguel Torres, SA |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: |
Trade mark verbali Komunitarja TORRES 10 għal prodotti fil-klassi 33 (Applikazzjoni Nru 466896), kif ukoll bosta trade marks oħra Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: |
Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell milqugħ, deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda |
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |