Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0411

    Kawża T-411/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Lulju 2010 — Aer Lingus Group vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ konċentrazzjoni — Trasferiment tal-azzjonijiet kollha miksuba sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li tippreċedi t-twettieq tal-konċentrazzjoni — Rifjut milli jiġu ordnati miżuri approprjati — Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni” )

    ĠU C 221, 14.8.2010, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2010 — Aer Lingus Group vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-411/07) (1)

    (Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ konċentrazzjoni - Trasferiment tal-azzjonijiet kollha miksuba sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li tippreċedi t-twettieq tal-konċentrazzjoni - Rifjut milli jiġu ordnati miżuri approprjati - Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni)

    2010/C 221/56

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aer Lingus Group plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Burnside, solicitor, B. van de Walle de Ghelcke u T. Snels, avukati, sussegwentement minn A. Burnside u B. van de Walle de Ghelcke)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ryanair Holdings plc (Dublin) (rappreżentanti: J. Swift, QC, V. Power, A. McCarthy, D. Hull, solicitors, u G. Berrisch, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4600, tal-11 ta’ Ottubru 2007, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiftaħ proċedura skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), u li tadotta miżuri provviżorji skont l-Artikolu 8(5) ta’ dan ir-regolament.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Aer Lingus Group plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni u minn Ryanair Holdings plc, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 8, 12.1.2008.


    Top