Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0102

    Kawżi magħquda T-102/07 u T-120/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Marzu 2010 — Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mill-Istat — Għajnuna implementata mill-Ġermanja taħt forma ta’ sehem u ta’ garanziji għal self — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komun — Skema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni — Kunċett ta’ kumpannija f’diffikultà — Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-kumpanniji f’diffikultà — Ammont tal-għajnuna — Obbligu ta’ motivazzjoni )

    ĠU C 100, 17.4.2010, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 100/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-102/07 u T-120/07) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implementata mill-Ġermanja taħt forma ta’ sehem u ta’ garanziji għal self - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komun - Skema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni - Kunċett ta’ kumpannija f’diffikultà - Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-kumpanniji f’diffikultà - Ammont tal-għajnuna - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    2010/C 100/57

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Freistaat Sachsen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Donat u G. Quardt, avukati) (Kawża T-102/07); MB Immobilien Verwaltungs GmbH (Neukirch, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Brüggen, sussegwentement minn A. Seidl, K. Lengert u W. Sommer, avukati); u MB System GmbH & Co. KG (Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, avukat) (Kawża T-120/07)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross u T. Scharf, aġenti)

    Suġġett

    Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni 2007/492/KE tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) implementata mill-Ġermanja għall-Grupp Biria (ĠU L 183, p. 27).

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2007/492/KE tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) implementata mill-Ġermanja għall-Grupp Biria hija annullata.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-120/07.


    (1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


    Top