This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007FN0134
Case F-134/07: Action brought on 3 December 2007 — Adjemian and Others v Commission
Kawża F-134/07: Rikors ippreżentat fit- 3 ta' Diċembru 2007 — Adjemian et vs Il-Kummissjoni
Kawża F-134/07: Rikors ippreżentat fit- 3 ta' Diċembru 2007 — Adjemian et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 66–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/66 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2007 — Adjemian et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-134/07)
(2008/C 64/109)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vahan Adjemian (Angera, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, minn naħa, li jiffirjutaw li jġeddu l-ingaġġ tar-rikorrenti, bħala membri tal-persunal bil-kuntratt, għal perijodu definit jew indefinit, u, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxu kundizzjonijiet ta' impjieg. In sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-ksur tal-prinċipju ta' stabbiltà tar-relazzjonijiet tax-xogħol u b'mod partikolari l-illegalità ta' l-Artikolu 88 tal-KIU safejn dan jillimita l-perijodu tal-kuntratti tal-membri tal-persunal bil-kuntratt.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kummissjoni u b'mod partikolari dik tat-28 ta' April 2004, dwar il-perijodu massimu ta' użu ta' persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha; |
— |
tiddikjara l-Artikolu 88 tal-KII illegali safejn dan jillimita l-perijodu tal-kuntratti tal-membri tal-persunal bil-kuntratt; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Awwissu u tal-31 ta' Ottubru 2007 li jiċħdu l-ilmenti R/263/07, R/492/07 u R/390/07 intiżi kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tikkonkludi kuntratt jew li ġġedded l-ingaġġ tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt biss għal perijodu definit; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2007 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti tal-31 ta' Mejju u ta' l-20 ta' Lulju 2007 intiżi għall-estenzjoni għal perijodu indefinit tal-kuntratt ta' membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet rispettivi ta' impjieg tar-rikorrenti safejn l-ingaġġ tagħhom jew l-estensjoni ta' dan huwa limitat għal perijodu definit; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |