Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0108

    Kawża F-108/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas- 26 ta' Ġunju 2008 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza — Sunt tal-motivi fir-rikors — Nuqqas ta' lment minn qabel — Inammissibbiltà manifesta)

    ĠU C 223, 30.8.2008, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 223/61


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 — Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

    (Kawża F-108/07) (1)

    (Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Sunt tal-motivi fir-rikors - Nuqqas ta' lment minn qabel - Inammissibbiltà manifesta)

    (2008/C 223/116)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġġedded il-mandat tas-Segretarju Ġenerali tagħha għal perijodu ta' sitt snin mill-1 ta' Lulju 2007 u, sussidjarjament, tad-deċiżjoni ta' l-AIPN li ma tippromwovix lir-rikorrent fil-grad LA5 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2004 wara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Ottubru 2006, Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (T-171/05)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 22, 26.1.2008, p. 56.


    Top