Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FB0042

    Kawża F-42/07: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Settembru 2011 — Prieto vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Kompetizzjoni interna ppubblikata qabel l- 1 ta’ Mejju 2004 — Membru tal-persunal temporanja mniżżel fuq il-lista ta’ riżerva qabel l- 1 ta’ Mejju 2006 — Klassifikazzjoni fi grad — Artikolu 5(4) u Artikolu 13(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Allowance tas-segretarjat — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/39


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — Prieto vs Il-Parlament

    (Kawża F-42/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kompetizzjoni interna ppubblikata qabel l-1 ta’ Mejju 2004 - Membru tal-persunal temporanja mniżżel fuq il-lista ta’ riżerva qabel l-1 ta’ Mejju 2006 - Klassifikazzjoni fi grad - Artikolu 5(4) u Artikolu 13(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Allowance tas-segretarjat - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

    2011/C 340/79

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Antonio Prieto (Bousval, Il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment C. Burgos u K. Zejdová, sussegwentement K. Zejdová u N. B. Rasmussen, aġenti)

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2006 li taħtar lir-rikorrent, li dak iż-żmien kien aġent temporanju fil-grad AST 3 u li għadda mill-kompetizzjoni interna C/348 għall-kategorija C5-4, uffiċjal bi prova kklassifikat fil-grad AST 2, skala 3.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors ta’ A. Prieto huwa miċħud.

    (2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 140, 23.06.07.


    Top