Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FA0090

    Kawża F-90/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 13 ta' Novembru 2008 — Traore vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Avviż ta' kariga battala — Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent — Assenjazzjoni mill-ġdid — Interess tas-servizz)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 71–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/71


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Traore vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-90/07) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avviż ta' kariga battala - Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent - Assenjazzjoni mill-ġdid - Interess tas-servizz)

    (2009/C 44/124)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Amadou Traore (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers)

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-kandidaturi tar-rikorrent għall-kariga ta' chargé d'affaires ad interim fid-delegazzjoni f'Togo, kif ukoll għall- kariga ta' kap inkarigat mill-operazzjonijiet tad-delegazzjoni fit-Tanżanija — L-annullament tad-deċiżjonijiet li jaħtru kandidati oħra għall-imsemmija karigi — Talba għad-danni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tad-Direttur tal-Persunal tal-Uffiċċju għal Kooperazzjoni EuropeAid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-12 ta' Diċembru 2006, dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura ta' A. Traore għall-kariga ta' kap tal-operazzjonijiet tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-Tanżanija u d-deċiżjoni ta' ħatra ta' M.S għall-imsemmija kariga huma annullati.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għal bqija.

    3)

    A. Traore huwa kkundannat għall-nofs l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

    4)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn A. Traore.


    (1)  ĠU C 269, 10.11.2007, p. 72.


    Top