EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0481

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tas-16 ta' Lulju 2009.
SELEX Sistemi Integrati SpA vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment imressaq kontra Eurocontrol - Dannu reali u ċert.
Kawża C-481/07 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:461





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 – SELEX Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑481/07 P)

“Appell – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment imressaq kontra Eurocontrol – Dannu reali u ċert”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Rabta kawżali - Dannu kkostitwit mill-ispejjeż relatati mal-proċedura prekontenzjuża (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 87) (ara l-punti 20-23)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(e)) (ara l-punti 36-43)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tad-29 ta’ Awwissu 2007, SELEX Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni (T-186/05) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza tiċħad bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondata fil-liġi t-talba għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti b’riżultat tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Frar 2004, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti fir-rigward ta’ allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SELEX Sistemi Integrati SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top